lirik.web.id
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

lirik lagu no bling show – lucija u samwel

Loading...

lucija kienet studjuza, kapaci u ntelletwali
wicc taz~zokker, ras taz~zonqor
shabi nterpretawni
ta’ kemm il~darba ppruvaw
jittantawa bla risposta
meta jcemplulha jew isselmulha
lucija dejjem indisposta
ahna mohna biex niskru
jew forsi nkissru ftit mohhna
hi qatt ma kellha dan l~aptit
qas qatt nafha telqet mil~mosta
hlief b’basket mimli kotba u dak il~laptop naqa mqammel
u kellha habib wiehed, sieket kien j~smu samwel
u samwel kien skola mghana u wisq hbieb ma kellhux
mohhu jtiegh li ma nghidlekx
aggitat u nervuz
ribelluz, mhux fis~sens ta james dean jew dun mikiel
imma kellu rabja gewaa fih. il~hbiberija ghalih xkiel
kellu arja ta’ serjeta u ghalkemm ma kienx idur mal~klikka
hadd me kien jiffastidjah jew jipprova jilghab il~fiswa
meta konnha nilmhuwhom jiddjalogaw fuq il~bankina
il~hugbejn la jiccartu u la jinfaqghu bit~tbissima
anzi x’aktarx iddawru wicchom jew ikomplu l’hinn fi triqthom
ghax lucija u samwel ommhom dejjem hekk kienet wissiethom
dawk it~tfal jinqerdu l~bandli ma jhaddmhux principji bhalkhom
ahna ntukom kollox, intom kollox, ahna m’ghanniex ghajrkom
halib il~omm nawwar is snien, (ahna m’ghanniex ghajrkom)
jikwi l~asfalt f’hogor it~triq

izda darba tat~tbellieh, affarjiet tal~iskantament
tlieta ta’ filghodu gewwa l~liquid
lil lucija lmahta hemm
ma kontx cert jekk kienx ix~xorb jew forsi dac~cherry reds
li kienu qed jilghabu naqa loghba
bis~sens imzellgin hekk
ghalekk inkiss, inkiss bhal ma tigra tghamel lic~cerva
erfajt pizi minn fuq il~woofer u pass, pass ersaqt ghal lemha
naqa aktar konkreta ghax l~ebda profeta ma jbellahieli
li lucija kienet qed thuf fis~sieghat tal~hadd tant kmieni
izda xhin ersaqt mal~bar il~vizjoni mmaterjalizzat
bdiet ticcacra mal~manunt u titghannaq ma’ kulhadd
habta u sabta ntbaht li kellha l~imhabba fil~habba
flixkun bla tapp u tbissima fuq xuftejn naqa mcarrta
u sellmitli hi jien qas tant ghamilt reazzjoni
tfajt id wahda fuq spallejha u ghafastilha l~emozzjoni
saqsejtha hux kollox sew, qaltli “ahh mank dejjem hekk”
u ntefghet f’nofs il~kottra u naqghdet maz~zufjett – lucija

halib il~omm, nawwar is~snien (u naqghdet maz~zufjett – lucija)
jikwi l~asfalt f’hogor it~triq

dak il~lejl ma hassejtnhiex sew, ma kienetx nieqsa mis~sustanzi
ghax lucija ma kienetx t’hekk, ma nafx minn fejn gewha dawn l~uzanzi
u x’hin telqet gewwa escort ma giex tipi misterjuzi
mort insaqsijha trid tinzel mghana lura r~rahal la ma ssuqx hi
qaltli: “jon tinkwetax dawn wgheduni ha jiehdu hsiebi
il~ma u l~pa qeghdin ghawdex ma irridx nidhol daqs dan kmieni”
u bi hjiel ta’ tbissima u nofs tislima dabbart l’hemm
m’hemmx ghalfejn nivverbalizza kif dal~vjagg kellu jintemm
iffestegaw it~tlieta l’huma, iccelebraw in~nudita
inhlew fl~indurgenzi ta’ sakra u purita
lucija filli kienet misthija, filli ghelbita l~kurzita
filli samwel ma thallihx imissha, filli mimlija minn zewg nahat
ghax din kienet l~ewwel darba li lucija garat u tgerfxet
resqet lejn in~nar u li sar sar u meta stenbhet
intebhet b’dak li ghamlet u ghalkemm hassitha li zzgarrat
bil~gogi jifilguwha u gisimha inkallat
lucija daqet sehem gdid ta’ mhabba minghajr irbit
sabet il~bieba tal~gagga mbexxqa, ghalhekk tissokta ttir
izda x’hin fethet messagg li samwel bghatilha b’ton imweggha
staqrilha li semghahom jghidu li l~lucija rawha mnezza
imbezza mill~konsegwenzi, qas biss felhet tibghat lura
l~unika habib li lucija kellha, d~destin fin fin hadulha
u issa lucija duq il~banikna m’ghadhiex dak li darba kienet
ghalekk spiccat il~bandli iddur mghana qalb il~griefex
izda l~istorja ma tintemmx hawn
azni l~istorja pjuttost ghadha tibda

lucija issa saret wahda minn tghana
iddur u taghaqad ma’ dawn l’erba bejjhem l’hawn isfel
tqatta’ l~granet taghha… titbandal, ddawwar xi zumbrett
lucija, lucija x’qed tghamel b’hajtek lucija ?
u samwel, samwel x’sar minnu?
isilfuni widnejkhom, ha nghidilkom kif imorru l~affarjiet
izda samwel ma setax jinsa, minn hsiebu ma harbet qatt
ghax kif fehemu s~sitwazzjoni, lucija serqet daqxejn trab
u r~rahal kollu jzekzek lucija x’kien il~mniefah gralha ?
kienet tifla twajba tant, kellha rieda liema bhala
ghalekk samwel iddecieda, jittanta xortieh ma’ hbieba
inzertani ghal~arrieda fi trieqti lejn il~pjazza
qalli: “gann naf li jien u int ilina ma nitkellmu mill~primarja, imma
ghandi bzonn favur man sibli milli hawnhekk immur
saqsejtu x’qed ittih, ghalhiex kien jipprova darba
l~kurzita rebhet lilu wkoll u dak il~lejl li hela mghana
u bejn deghxa u emozzjoni, teqlib tal~ghajnejn
lucija u samwel spiccaw jitghannuq u jitghafsu fuq il~lejl
u mill~lejl wiehed saru ghaxra, minn ghaxra saru mija
id~doza dejjem tiela tiela bhal ma dejjem ghamlu l~bqija
“wahda m’ghadniex inhossha” hemm lucija b’ton hekk kburi
“u biex nigi vera tajba irrid inxammem tas~sinjuri”
dejjem tilghajn, tilghajn u t~tisbita dejjem tikber
u ghall~habta t’awissu omm samwel, mietet habba t~tifel
qalbha ceditilha, l~inkwiet hatafha darba ghal dejjem
kienet tinzlilha velenu wisq li kien jintelaq ma daqs dawk bejjhem
u ghalkemm samwel ghamil f’qalbu ghax issa jghix taht saqaf wahdu
l~ecess ma ntemmx hemm anzi l~aptit sar iktar b’sahhtu
u l~genituri ta lucia kif konnha nsibuha fic~crieki tghana
kif ivverifikaw xnijat li l~gojell taghhom qed tkun mghana
qalbu l~folja ghal kollox anzi le alqulha t~triq
qalula ghalijom hi mejta u telquha ghal ghonq it triq
qalulha tghamel l’alla trid biss tirfisx l’ghatba ta’ did~dar
ma rridhux nisimaw aktar b’ahbarek, qas fis~sala tal~isptar
u bla kliem u bla sliem lucija qabdet hwejjigha u parpret l’hemm
ghamlet telefonata wahda u ghand samwel sabet kenn
izda l~kenn ma kienx bizejjed, kellhom bzonn imantnu ruhom
lucija ntefghet tizfen u samwel imexxi l~primli f’suqhom
imma d~dwejjaq li kien jaqbadhom til il~gurnata, esagerat
dippresjoni, fernezija, mohh marid u impestat
u bhal eva u t~tuffieha, lucija harget tfur ghal did~dieqa
naqa trab mil~kannella biex jaharqu, jsiru zliega
u dis~socjeta li m’accetatomx jekk mhux xempji ta’ l~ubbidjenza
tisparixxi ma’ kull nifs mal~piz zejjed fil~kuxjenza
samwel fi stat li kien din l~ideja daqqitlu
siegha wara kienu qed jixtru romblu fojl minghand lippu
ghax il~labar fil~bidu kienu jipprenduwhom ftit it~tnjen
ghalkemm xharejn wara bhal dak li qallu xejn m’hu xejn
id~dar t’omm samwel saret mizbla, parrasiti kullimkien
hitan suwed, lozor jintnu, hbieb mixhuta fuq xulxin
u issa lucija tilfet dik il~hlewwa tat~tbissima
l~gisem sod li darba kellha ntelaq minn mindu hxiet il~vina
ghaldaqstant hadd m’ghadu jcemplilha biex tizfinlu
hadd ma jrid jara ddizgrazzjata, zzeggleg l’ghandha qalb ir~ritmu
u samwel xeba jdir u jghaqad iqassam ir~roti bil~wahdiet
u lil lucija beda jserrpila l~affarjiet f’mohha bin~naqriet
“lu, ara johnny kif qed ihares lejl”
u duminku kif jasal hawn dejjem jara kif jitrassas hdejk
u bhal xitan indannat fil~punt preciz li kienet tfaqqa
samwel kien jaqbadha minn qadda u jitfahha fuq zaqqha
u go ringiela wiehed, wiehed imisshom ilkoll jitrejqu ftit
hekk u b’hekk hi wasslitu s’hawn
sewwa u xieraq li tghinu jtir
u d~dmugh li kienet tolfoq u t~tgedwig li jsejjah l’ommha
wara ftit waqaf hesrem qas tniffisa minn bejn fommha
kull darba li genbhom jisskossja u li lucija titwessa ftit
bicca ohra minn ruha tisgicca u minn kull fetha trejqa ssib
umbghad mill~ftit mohh li baqala lucija fehemet l~opportunita
li dal~katavru li ggor maghha beda jtiegha fil~kommunita
ghal daqstant gisimha tefghetu ghall~wirja fuq il~bankina
fuq l~istess kantuniera, fejn kienet titkaza bina
u sakemm tigbor il~kolletta li tmur kolla ghal~pakketti
samwel jistejqer fuq spallejha u jahbi l~ewros fil~kalzetti
imma lucija issa mejta u ruha qas taraha b’nemes
ghalekk illum flok pakkett wiehed, tefghet tlieta forsi tehles
u bejn fawra tad~dimonji, kesha li tifqa l~ghadam
lucija tkaxkret mill~antiporta certa li mux se jisbah ghada
u bhal wirja tghati sfida lejn kull minn qatt kien qribha
lucy mxieta fuq gharkubteja sal~bankina fej il~proxxmu jsibha
u ntelqghet fuq darha, gharaq, remettar u roghda kerha
lucija riedet tistrih biss u b’ghajta wahda mohha ntefa
ghalekk tiggudika l~hadd kugin, wisq inqas vittmi ta dal~hmieg
ghax lil lucy issaponewa unglu, min qatt basar li kellha tfigg
il~liberta minn dik il~gagga li l~genituri bnew madwara
u meta gwinhaja ma felhux id~destin dar fuqha u spara


Lirik lagu lainnya:

LIRIK YANG LAGI HITS MINGGU INI

Loading...