lirik.web.id
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

lirik lagu kantera – l-ewwel jien

Loading...

rajt għasfur bis~senter f′idu,
żiemel riekeb karozzin,
fenek li qed jorganizza

xi fenkata għall~mikulin…

fejn meħlusa in~natura
jiftħu fjuri kull kulur;
armonija bejn il~ħlejjaq
minnhom ħadd ma ssib għajjur…

mhux bħall~bniedem… u kulma jmiss
juża moħħu… għalih biss…

l~ewwel jien u t~tieni jiena
dejjem skont iz~zokk il~fergħa
l~ixkubetta fiha l~grillu
hekk magħmula mill~għeruq.
qis mitt darba u aqta’ darba
jekk ma lħaqtx il~għeneb qraslek
u f′kull niżla qaddis jgħinek
mitqlu deheb ħabib fis~suq.

wiċċ il~baħar miksi plastik
ħut bil~maskra fl~oċejan
saħnu it~temperaturi
l~arja pura ġiet duħħan

fejn meħlusa in~natura
jiftħu fjuri kull kulur;
armonija bejn il~ħlejjaq
minnhom ħadd ma ssib għajjur…

mhux bħall~bniedem… u kulma jmiss
juża moħħu… għalih biss…

l~ewwel jien u t~tieni jiena
dejjem skont iz~zokk il~fergħa
l~ixkubetta fiha l~grillu
hekk magħmula mill~għeruq.
qis mitt darba u aqta’ darba
jekk ma lħaqtx il~għeneb qraslek
u f’kull niżla qaddis jgħinek
mitqlu deheb ħabib fis~suq.

naħsbu ħafna… naħsbu sp~ss
li did~dinja… tagħna biss…

l~ewwel jien u t~tieni jiena
dejjem skont iz~zokk il~fergħa
l~ixkubetta fiha l~grillu
hekk magħmula mill~għeruq.
qis mitt darba u aqta′ darba
jekk ma lħaqtx il~għeneb qraslek
u f′kull niżla qaddis jgħinek
mitqlu deheb ħabib fis~suq.


Lirik lagu lainnya:

LIRIK YANG LAGI HITS MINGGU INI

Loading...