lirik.web.id
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

lirik lagu brodu – il-gorf

Loading...

imxejt bil-kwiet f’mogħdija bl-ifjen trab
taħti l-ġorf dalwaqt se jibla’ l-blat.
ġa kważi dalam, ‘l haw ma jersqux nies

ħlief fil-karozzi biex jaħxu fis-skiet.

hemm kamra monument wara tant snin
il-ħruq ġo sidri u is-swaba’ kesħin.
ħsibt li fottejtek, għamiltlek ħażin
intbaħt li kont tgħammidt bl-ilma tal-bir.

rit: għidli, fej’ kont tkun inti dak iż-żmien?
fiċ-chewing gum fil-baħar li jagħrax l-ilsien.
fil-ħobż biż-żejt, fis-sjesta, fil-kuntatti taħt il-friex
li lanqas melħ ta’ baħar miftuħ ma jfejjaq.

tidher kuntenta ferm f’dak ir-ritratt
xej’ ma jiddispjaċini mill-p-ss li kont ħadt.
hemm żibel mormi u fjuri fil-viċin,
u nifhem ‘l għala m’aħniex ta’ xulxin.

irrid inħares lejk, narak mill-bogħod,
għax fil-preżenza tiegħek qed nirtogħod.
o baħar kbir ejja tini bis-sieq.
ft-t diqa ħelwa hu dak li nixtieq.


Lirik lagu lainnya:

LIRIK YANG LAGI HITS MINGGU INI

Loading...