lirik.web.id
a b c d e f g h i j k l m n o p q r s t u v w x y z 0 1 2 3 4 5 6 7 8 9 #

lirik lagu djun - it-tabib ta' billejl

Loading...

nitfi s~sigarett
u nidħol lura fis~swali
riħa ta’ mediċina
u materja fekali

isma waħda dott
għandna bżonnok urġenti
kien hawn xi inċident
u deħlin il~pazjenti

kristu jħares mill~inkwatru
lejn dawk li qed iqarrbu t~tmiem
iżda hawnhekk il~mirakli
mhux hu jagħmilhom, dawk jien

is~sinjali mhux tajbin
naħseb dan se nitilfuh
kif inħoss il~polz imajna
nintebaħ li qabadni l~ġuħ

l~anastetista ħelwa
għandha xagħra lewn id~deheb
xi darba rrid ngħidilha
tiġi miegħi għal kafe

kristu jħares mill inkwatru
lejn dawk li qed iqarrbu t~tmiem
iżda hawnhekk il~mirakli
mhux hu jagħmilhom, dawk jien
naf li għad xi darba
f’dik is~sodda jkun hemm jien
jaf ma baqax ħafna
iżda nittama baqa ż~żmien

u hekk kif tibqa toqrob
toqrob is~siegħa u il~ħin
b’tama ‘l fuq inħares
lejn wiċċ kristu ħanin


Lirik lagu lainnya:

LIRIK YANG LAGI HITS MINGGU INI

Loading...