lirik lagu brodu - minjiera blu
kieku tafu kemm affarjiet sbieħ!
tidħol f’dan il~post u l~qalb tistrieħ
f’armonija kollox u kulħadd
ġnien tal~eden, ġenna fuq din l~art
kieku jkollkom ċans tiġu żżuruh
imbellhin tibqgħu b’ħalqkom miftuħ
b’garanzija li mit~tnejn sal~ħadd
tibdew tiġu dejjem bla kuntratt
tridu tdħlu minn ġo wied il~kbir
qabel jidlam, qabel dlam isir
minn faċċata taraw nieżla x~xemx
titfixklux għaliex triq oħra m’hemmx
fuq kull naħa siġar tal~ballut, ħanfus iswed, kokka, u xi qanfud
(is~) sensazzjoni kif taslu viċin, hi li bħal donnu waqaf il~ħin
hemm bokka fil~blat, ibqgħu deħlin
ħallu d~dalma, kalma ta’ dal~post tgħannaqkom ja ħelwin
itfu t~telecell, fil~minjiera blu!
evitaw id~distrazzjonijiet f’dal~post tant silenzjuż
il~faħam tal~ħajt ikanġi l~blu
jarmi dija kaħla illi twennes, tnessi kull dulur
jekk tibqgħu deħlin hemm għadira tfur
tfal, sireni u kull tip ta’ ħlejqa jgħixu ferħanin
din bejnietna, tmorru tgħidu ‘l ħadd!
għax it~tali li joqgħod fil~wied
għandu klieb feroċi b’nejbiet kbar
qegħdin għassa biex ma jersqux nies
madankollu jekk tiġu żżuruh, imbellhin tibqgħu b’ħalqkom miftuħ
dar~refuġju fil~minjiera blu m’hemm bħalu imkien
f’dan il~ħolqien terren
Lirik lagu lainnya:
- lirik lagu halfmari - literally
- lirik lagu zσou$ - холодно (coldy)
- lirik lagu roseburg - flowers
- lirik lagu ornella vanoni - dio è morto
- lirik lagu harmz (can) - all of a sudden (bigger bigger)
- lirik lagu k.d. lang - because of you (2023)
- lirik lagu amal zenab - burdens
- lirik lagu lalllek - мне больно (it hurts me)
- lirik lagu plain white t's - red flags
- lirik lagu shady moon - slomo with you 2