lirik lagu brodu - balzmu
balzmu, l~għażż balzmu mhux tartru
tħaddet ma’ min jaf sewwa xogħlu
għaliex b’li qed tgħidli se ġġibni ħażin għaġeb!
il~morali ħxewni. kemm nixtieq illi kont tifel imqareb
kissru! trid tkissru u tfarrku!
isħaqlu rasu b’għarqubek
ħadd m’hu se jlumek jekk tieqaf tieħu belgħa te
please għidli iva għax ma nafx kif nieħu l~le
inti bħax~xitwa, taqsamni fuq rkuptejk, iġġibni skjav taħt riġlejk
tħajjarni bi ftit mumenti ta’ xemx fietla, imbagħad, ix~xita u r~ragħad
tgħoddosni fil~griż, biss xorta lejk grat, għax iżżeffinni għada, iżżeffinni llum
ġewnaħ jiena, ġewnaħ inti u ninqatgħu mill~irdum
qatt mhu se nħallik tinbarax. jekk tingiref indewwik, jekk titnikket nagħtik faraġ
kebbes nar b’dil~fjamma qabеl tmut, u jaqa’ l~ksieħ
nixtieq noqgħod maġenbеk, biex niflu l~kwiekeb, bil~ħoss kalm tal~baħar
tini li ngħix. tini li ngħix
stinka, trid taħdem, tistinka, biss inħoss li l~ferħ minn qalbi qed jiżvinta
għandi l~ġid u saqaf fuq rasi. nikteb id~diski biex forsi xi darba tagħti kasi
naqdef fl~inżul u fit~tlajja’. naqdef sa ma ngħajja. naqdef bla ma ħadd ma jġegħlni; minn rajja. u issa naf fejn irrid nasal, jekk nasal
nagħmel kuntrumbajsi biex tarani, inkanta biex tismagħni, qed inteptep id~dawl, innutani
biss forsi ntbaħt illi dal~flien difettuż, u tfajt ħarstek fuq ħaddieħor xi ftit iktar gustuż
għidtli “tkunx needy magħha. tkunx bħal imħara. qisek ħaddiem illi mejjet għas~sahra.”
“fre, din għalija impossibilta’. kif jista’ jkun? ma nafx nirreċta. minix attur”
jaf forsi nidher tajjeb, nidher sielem, nidher bniedem mingħajr gdiedem, nidher qisni xi iljun; qisni mario il~brikkun
‘mma jien biss selħa fil~ħajt tas~sejjieħ, u fi ħdanek nixtieq nistrieħ
u fi ħdanek nixtieq nistrieħ
kebbes nar b’dil~fjamma qabel tmut, u jaqa’ l~ksieħ
nixtieq noqgħod maġenbek, biex niflu l~kwiekeb, bil~ħoss kalm tal~baħar
tini li ngħix. tini li ngħix. tini li ngħix. tini li ngħix
Lirik lagu lainnya:
- lirik lagu yura (haterain) - vale
- lirik lagu drac33 - demon
- lirik lagu allison russell - shadowlands
- lirik lagu sugar mmfk - sahara
- lirik lagu black hope - hate u more
- lirik lagu venjent - who got the keys to my strimmer
- lirik lagu hellboy (@just_h.l.b) - i.d.s
- lirik lagu j bobs - confident
- lirik lagu lofi galaxy - a proper intro
- lirik lagu the customers - it's happening